Posted Tuesday, April 14, 2020
L-EZERCITAR TAD-DRITT TAL-ACCESS FI ZMIEN IL-COVID-19

Il-Covid-19 tefa’ piz fuq diversi aspetti tal-hajja kwotidjana taghna. Tefa’ pressjoni addizzjonali fuq sitwazzjonijiet li diga’ kienu difficli kif kienu, bhal meta genituri jkollhom d-dritt ta’ access ghal uliedhom. Aparti l-lat emottiv, jezistu aspetti legali wara din is-sitwazzjoni, li permezz ta’ dan l-artiklu ser nipprovaw nghaddu ftit gharfien dwarhom.

Il-principju ewlieni huwa li kull att pubbliku (kuntratt) u digriet tal-Qorti (ordni) li jirregola l-access ta’ tfal minuri ghadu validu. Pero’ apparti dawn, anke l-mizuri ta’ emergenza mahruga ricentement mill-Gvern huma validi. B’konsegwenza ta’ dan, hafna genituri f’dan iz-zmien incert huma preokkupati fuq kif id-dritt tal-access, u arrangamenti li kienu fis-sehh sabiex dan id-dritt jinghata, ghandhom jigu implimentati. Jekk l-ebda wiehed mill-genituri ma kien espostt ghal Covid-19 u z-zewg genituri qieghdin jiehdu l-prekawzjonijiet necessarji kif qieghed jigi rrakomandat mill-awtoritajiet tas-sahha, l-access ghandu jitkompla jithalla jigi ezercitat bejn it-tfal u l-genituri. Dan il-parir qieghed jighata f’konformita’ ma’ skeda informattiva li harget nhar il-Gimgha 27 ta’ Marzu 2020 mill-Gvern Malti fejn gew implimentati mizuri ghal persuni vulnerabbli. Fost l-ezenzjonijiet ghal dawn il-mizuri implimentati wiehed isib ‘l-ezercitar tal-access favur l-ulied’ li gie kkategorizzat bhala htieg assolutament essenzjali.

Ghandu jkun car, li jekk wiehed mill-genituri jinsab taht kwarantina u ma jistax johrog mir-residenza tieghu, l-access ma jistax isehh u huwa d-dritt tal-genitur l-iehor li joggezzjoni biex l-access ma jsirx. Il-Qrati dejjem esprimew il-posizzjoni li d-decizjonijiet kollha ghandhom jittiehdu fl-interess ahhari tal-minuri. Ghaldaqstant, li genitur jkun imhasseb dwar is-sahha ta’ uliedu huwa fattur importanti, li ghandu jinghata piz meta qed jigi deciz jekk l-access ghandux jitkompla bhalma kien, jew jekk ghandux jieqaf u jiehu forma ohra.

Il-fatt li wiehed mill-genituri jkun taht kwarantina u ma jistax jezercita’ l-access, ma jfissirx li l-ulied ghandhom jigu kompletament maqtugha minn ma’ dak il-genitur. Fortunatament illum nghixu f’dinja tekonologikament avvanzata u dan jippermetti li xorta jkun hemm kuntatt b’mod remot permezz ta’ video calls. Il-kwistjoni hija, jekk din hijiex enforzabbli bil-ligi. Jekk genitur jixtieq kjarezza fuq dan il-punt ghaliex qed isibha difficli li juza mezzi teknologici bhal facetime jew skype call ghal access, wiehed jista’, jekk huwa kaz urgenti, japplika ghal intervent tal-Qorti sabiex jinghata l-kjarezza mehtiega u jkollu digriet ezegwibbli dwar dan.

Iz-zewg genituri huma mhegga jzommu l-kommunikazzjoni ta’ bejniethom miftuha, tinzamm il-flessibilita’ u jahdmu flimkien f’dan ir-rigward. Dan ghandu jghin sabiex it-tfal ikollhom konnessjoni maz-zewg genituri, filwaqt li tinzamm ir-rutina regolari tat-tfal b’mod sigur. Meta jaghmlu dan, il-genituri ghandhom jizguraw li l-ahjar interess ta’ uliedhom jibqa’ l-prijorita’ ahharija u ghandhom jevitaw akkost ta’ kollox li jpoggu lil uliedhom fi kwalunkwe periklu.

Av. Malcolm Mifsud                                                                       Av. Maria Camilleri 

 
Kindly click here if you would like to access the English version of this article.  
 
Share
© MIFSUD MIFSUD. All Rights Reserved.
All Articles - Sitemap - Terms Of Use - Privacy Policy